• Proġett b’fondi mill-Unjoni Ewropea

    Reġjun Nofsinhar se jkun qed jissieħeb ma’ gruppi ta’ żgħażagħ mill-Italja, Spanja, Ungerija, Latvia, Bulgarija u Portugall fi proġett biex jiġi sfruttat il-potenzjal fuq livell lokali fil-ħolqien ta’ ideat u fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom biex ikunu pro-attivi fl-innovazzjoni fil-komunità. Il-proġett se jkun immaniġġjat minn Usini f’Sardinia u se jsir hemmhekk bejn it-22 u s-26 ta’ April 2020 u hu ntenzjonat għal muniċipilitajiet żgħar Ewropej. Il-programm jinvolvi workshops u żjarat fir-Reġjun. Il-ħlas marbut mal-akkomodazzjoni, ikel, transfers ġo Sardinia u żjarat se jkun kopert kollu mill-amministraturi tal-proġett. Dawk li jattendu jridu jħallsu biss il-passaġġ tal-ajru.

    Reġjun Nofsinhar qed isejjah żgħażagħ ta’ età bejn is-17 u l-25 sena mir-Reġjun li jixtiequ jattendu għal dan il-proġett. Il-postijiet huma limitati ħafna u nixtiequ li jkun hemm rappreżentanza mqassma b’mod raġjonevoli. Dawk interessati huma mistednin iċemplu fuq 2149 9355.

    Programma_EN (4)