• Inizjattivi Edukattivi 2020

                                     

    Inizjattivi Edukattivi – 2020

     

    Inizjattiva Konġunta mad-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà

     

    Reġjun Nofsinhar issieħeb mad-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-ħajja u Impjegabbiltà f’inizjattiva biex noffru lir-residenti opportunità ta’ tagħlim fil-lokalità tagħhom. Il-Kunsilli Lokali huma mistennija jsegwu l-linji gwida maħruġa mill-istess Direttorat.

     

    Dawk il-Kunsilli Lokali li jagħmlu korsijiet mil-lista offruta se jkunu qed jibbenefikaw minn skemi maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. Apparti dawn, Reġjun Nofsinhar se jkun qed jirrimborsa lura €1000 mill-ispejjeż li l-Kunsill Lokali jkun ħareġ biex jittellgħu il-korsijiet bħal ħlas ta’ impjegati relatat ma’ dawn il-korsijiet jew xiri ta’ apparat.

     

    Biex Il-Kunsill Lokali jibbenefika minn din l-inizjattiva jrid jissodisfa dawn il-kriterji:

    • Jittella’ avviż fuq il-paġna uffiċjali tal-Facebook tal-Kunsill Lokali biex jirriklama l-kors u jkun hemm miktub li l-kors qed isir bil-għajnuna ta’ Reġjun Nofsinhar.

     

    • Fir-reklam, jew avviż ikun hemm l-istemma tar-Reġjun maġenb dik tal-Kunsill Lokali.

     

    Il-Kunsilli Lokali għandhom japplikaw billi jibgħatu l-applikazzjoni fuq skemi.dlg@gov.mt. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lis-Sa Rosemarie Debattista fuq rosemarie.debattista@ilearn.edu.mt.

     

     

    Dawk il-Kunsilli Lokali li jridu jibbenefikaw mill-iskema tar-Reġjun għandhom jibgħatu kopja tal-konferma li l-korsijiet ikunu se jibdew fil-lokalità. Il-ħlas isir meta jispiċċaw il-korsijiet fuq preżentazzjoni tal-irċevuti ġaladarba jkunu ġew issodisfati l-kriterji kollha.

     

    Kwalità ta’ ħajja aħjar fir-reġjun tan-nofsinhar

     

    Inizjattivi Edukattivi