• Grazzi u Awguri

    Il-President, flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv, l-amministrazzjoni u l-istaff kollu tar-Reġjun Nofsinhar jixtiequ jirringrazzjaw lis-Sindki u l-Kunsilliera li servew fir-reġjun matul din il-leġiżlatura filwaqt li jagħtu merħba u jawguraw lil dawk li se jkunu maħtura għall-leġiżlatura li jmiss. Inħarsu ‘l quddiem għal aktar ħidma b’risq il-komunità fil-lokalitajiet tagħna.