• It-tieni sessjoni tal-Parlament tas-Sindki

     

    Ilbieraħ saret it-tieni sessjoni tal-Parlament tas-Sindki. Ġew diskussi temi bħar-Riforma fil-Gvern Lokali u l-ħidma tal-Kunsilli Reġjonali u Lokali. Il-President ta’ Reġjun Nofsinhar kien preżenti għal din is-sessjoni fejn wassal il-vuċi tiegħu u ddiskuta l-ħidma li qed iwettaq ir-Reġjun u l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-lokalitajiet fi ħdanu. Kull Sindku kellu l-opportunità jwassal leħnu għal ftit ħin u jressaq il-messaġġ tiegħu.