• Proġett għall-komunità f’kull lokalità

    Reġjun Nofsinhar kien nieda din l-iskema aktar kmieni din is-sena fejn kull Kunsill Lokali ġie mistieden iressaq u jwettaq iwettaq proġett fil-lokalità tiegħu li minnu jkunu se jgawdu r-residenti. Ir-Reġjun  se jiffinanzja 18 000 ewro minn kull proġett imressaq.

    Il-proġetti issa jinsabu fil-fażi finali u fil-fatt uħud minnhom diġà tlestew. Il-Kunsilli Lokali qed jiġu rimborsati mill-ħlasijiet li għamlu wara li jippreżentaw l-irċevuti lir-Reġjun.