• Tnedija tal-ktieb ‘Id-Devozzjoni u l-Kult Marjan fir-Reġjun tan-Nofsinhar’

    Reġjun Nofsinhar nieda uffiċjalment il-ktieb ‘Id-Devozzjoni u l-Kult Marjan fir-Reġjun tan-Nofsinhar’ nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru 2019 quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas, Ħal Qormi. Iċ-ċerimonja saret taħt il-patroċinju TAL-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta. Il-President tar-Reġjun, is-Sur Jesmond Aquilina ħabbar li d-dħul kollu minn dan il-ktieb se jmur għall-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. Il-ktieb fih qrib 700 paġna ta’ informazzjoni, ritratti u riċerka dettaljata mis-Sur Max Farrugia.