L-istaff amministrattiv ta’ Reġjun Nofsinhar ħa taħriġ fuq il-protezzjoni tad-data mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-data (DPO) tar-Reġjun.

L-istaff amministrattiv ta’ Reġjun Nofsinhar ħa taħriġ fuq il-protezzjoni tad-data mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-data (DPO) tar-Reġjun.
464 kunsilliera ġodda ħadu l-ġurament tal-ħatra nhar it-18 ta’ Ġunju 2019 f’ċerimonja waħda ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-ħidma tagħhom tibda mill-1 ta’ Lulju 2019.
Okkażjoni ta’ preżentazzjoni ta’ ħlas lill-21 Kamra tan-Nar parteċipanti ta’ Festa Nar 2019 li saret fil-binja tal-Uffiċċju Amministrattiv ta’ Reġjun Nofsinhar nhar it-13 ta’ Ġunju 2019. Għal aktar ritratti żur il-Facebook page ta’ Reġjun Nofsinhar: https://www.facebook.com/Regjun-Nofsinhar-Entita-Governattiva-818398978229091/
Il-President, flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv, l-amministrazzjoni u l-istaff kollu tar-Reġjun Nofsinhar jixtiequ jirringrazzjaw lis-Sindki u l-Kunsilliera li servew fir-reġjun matul din il-leġiżlatura filwaqt li jagħtu merħba u jawguraw lil dawk li se jkunu maħtura għall-leġiżlatura li jmiss. Inħarsu ‘l quddiem għal aktar ħidma b’risq il-komunità fil-lokalitajiet tagħna.
Fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex inqajmu kuxjenza għal aktar donaturi tad-demm, qed tinxtegħel il-gallarija tal-Uffiċċju Amministrattiv bil-kulur tad-demm mill-1 sal-14 ta’ Ġunju 2019.