Accessibility Tools

Estimi Annwali 2020

February 17, 2020

B’sodisfazzjoni nistgħu ngħidu li l-miri li kellu Reġjun Nofsinhar fil-pjan ta’ ħidma għas-sena li għadha kif intemmet intlaħqu u ninsabu f’pożizzjoni li nfasslu pjan ta’ ħidma aktar wiesa’ biex naspiraw għal miri ġodda konformi mal-funzjonijiet tal-Kunsilli Reġjonali elenkati f’Artikolu 37B.

 

L-impenji prinċipali tagħna :

  • Nipproteġu l-ambjent naturali u l-ambjent urban fil-lokalitajiet tar-Reġjun u nieħdu l-miżuri neċessarji biex nindirizzaw l-enerġija b’mod sostenibbli, l-iskart u t-tibdil fil-klima.
  • Infurzar lokali permezz ta’ servizz ta’ Uffiċjali tal-Komunità fil-lokalitajiet tar-Reġjun.
  • Insostnu attivitajiet kulturali kemm dawk organizzati mir-Reġjun, kif ukoll dawk organizzati mil-lokalitajiet tar-Reġjun.
  • Inkunu ta’ spalla fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun u noffru assistenza fl-għoti tas-servizzi fil-qasam ambjentali, soċjali, kulturali, turistiku u tat-teknoloġija tal-informatika.
  • Nikkoordinaw mal-Kunsilli Lokali f’inizjattivi sportivi u edukattivi.
  • Nikkoordinaw ma’ Ministeri, Dipartimenti, Entitajiet Governattivi, NGOs u setturi oħra f’ħidma konġunta biex niffaċilitaw il-ħidma tal-Kunsilli Lokali
  • Noffru assistenza lill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-Reġjun sabiex jibbenefikaw u jimmaniġġjaw programmi finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
  • Naħdmu favur l-għaqda u r-rispett bejn ir-residenti fil-komunitajiet tar-Reġjun.
  • Naħdmu għal kwalità ta’ ħajja aħjar fir-Reġjun tan-Nofsinhar.

 

 

L-attività kulturali prinċipali ta’ Reġjun Nofsinhar tibqa’ tkun Festa Nar li matul is-snin kompliet iżżid fil-popolarità mhux biss mad-dilettanti tal-proteknika imma wkoll mal-pubbliku inġenerali. Dan wassalna biex inkomplu nkabbru din l-attività minn sena għal oħra.

 

Madanakollu rridu nwessgħu l-ħidma Reġjonali f’setturi oħra fosthom dawk sportivi, ambjentali u edukattivi. Nixtiequ nerġgħu nibdew norganizzaw SportsFest wara nuqqas ta’ xi snin filwaqt li naħdmu flimkien mas-Soċjetajiet Mużikali fir-Reġjun biex norganizzaw attività fuq bażi reġjonali flimkien. Se nippruvaw nikkoordinaw f’inizjattivi edukattivi fil-lokalitajiet tar-Reġjun biex ngħinu lir-residenti jgħollu l-livell edukattiv tagħhom u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Nemmnu li jekk il-Kunsill Reġjonali jaħdem b’mod kollettiv għal dan il-għan, jirnexxilna naslu għal dawn il-miri u b’hekk inkunu qed intejbu l-ħajja tar-residenti fil-komunitajiet ta’ Reġjun Nofsinhar.

 

Qed nippjanaw biex naħdmu fuq riċerka u rapport ta’ evalwazzjoni ta’ impatt soċjali fir-Reġjun. Ħa naraw kif ir-Reġjun jista’ juża servizzi minn uffiċjal professjonali biex ngħinu lill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-Reġjun jibbenefikaw u jimmaniġġjaw programmi finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

 

Se nagħmlu l-isforzi tagħna biex inżommu l-għaqda u r-rispett bejn kulħadd biex kull individwu jħossu kburi li jagħmel parti minn dan ir-Reġjun

 

Flimkien mal-membri tal-Kunsill Reġjonali se nkomplu naħdmu biex noffru servizz ta’ eċċellenza u biex xogħolna ikun jirrifletti  governanza tajba, trasparenza u kontabiltà.

 

Estimi Annwali 2020

Tisjira Xlukkajra

Wieħed mil-għanijiet ta' Sena Kulturali tan-Nofsinhar hu li jqajjem kuxjenza fuq dak li nsibu madwarna. Għalekk wara li ftit tal-jiem ilu ġie mfakkar il-Jum Dinji tal-baħar u oċeani xtaqna nieħdu dan l-ispunt biex noħolqu kuxjenza fuq il-ħut u l-ibħra ta' madwarna....

World Ocean Day

A few days ago, precisely on the 8th of June, the world celebrated World Ocean's Day. On this day, the Southern Regional Council gave some tips on its facebook page which will lead to take care of our seas and ocean throughout the year. If we follow these tips, we...

Organic Bins

The Southern Regional Council has provided 5 bins for organic waste collection, in the 5 cemeteries found in its localities. The Southern Regional Council is encouraging further waste seperation and with the provision of these bins, the separation of waste collection...