Accessibility Tools

Jum Dinji taċ-Ċikkulata

July 7, 2023

Din il-ġurnata żgur mhux forsi hi milquha min bosta u ngħiduha kif inhi, min ma jħobbx iċ-ċikkulata?!

Is-7 ta’ Lulju huwa l-jum fejn tiġi  ċċelebrata iċ-ċikkulata. Xi uħud jissuġġerixxu li f’din il-ġurnata ġiet introdotta ċ-ċikkulata fl-Ewropa fl-1550. Din l-attività annwali, tal-Jum Dinji taċ-Ċikkulata tmur lura għall-2009.

Hemm bosta pajjizi li jkabbru s-sigar tal-Kawkaw, imma l-akbar produzzjoni ta dil il- fażola tigi mill-punent tal-Afrika. Siġra tal-kawkaw tista ‘tgħix aktar minn 200 sena u fl-aħjar ta’ żmiena tipproduċi madwar 40 miżwed kull sena. Ġewwa l-imżiewed tal-kawkaw hemm żrieragħ imsejħa ful tal-kawkaw. Dawn iż-żrieragħ, marufgħa ukoll bħala Cocoa Bean, huma l-ingredjent maġiku fiċ-ċikkulata, ħelu u xorb. Din il-fażola tiġi maħsuda, iffermentata, imnixxfa u fl-aħħar inkaljata biex tieħu fond u tiżviluppa l-aromi kollha tal-kawkaw.

Fatt interessanti hu li din il-fażola kienet tinduza bħala flus. Il-Mayans u l-Aztecs kienu jieħdu ħsieb ħafna din il-fażola  u kienu jħallsu għall-ikel, ħwejjeġ, taxxi, rigali, u offerti lill-allat tagħhom. Li jkollok but mimli fażola kien bħal meta jkollok kartiera mimlija flus kontanti. Għal dan il poplu il-flus verament kienu jikibru fuq is-siġar!

Art for Active Ageing

The Southern Regional Council is promoting art through its programme art for active ageing. This project is being held in collaboration with the Ministry for Active Ageing. During this programme, elderly attending the day centres within our localities have the...

The Pied Piper

The Baden Powell Scouts Malta has been awarded funding under the SIS Funding Scheme for a project entitled The Pied Piper which gives young people from the age of 8 the opportunity to learn to play a musical instrument by the informal and non-formal approach for free....

Tisjira Xlukkajra

Wieħed mil-għanijiet ta' Sena Kulturali tan-Nofsinhar hu li jqajjem kuxjenza fuq dak li nsibu madwarna. Għalekk wara li ftit tal-jiem ilu ġie mfakkar il-Jum Dinji tal-baħar u oċeani xtaqna nieħdu dan l-ispunt biex noħolqu kuxjenza fuq il-ħut u l-ibħra ta' madwarna....