Is-Segretarji Eżekuttivi fir-Reġjun tan-Nofsinhar iltaqgħu flimkien u ddiskutew proposti u suġġerimenti għal ħidma aktar effettiva għas-sena d-dieħla biex flimkien intejbu l-livell u nagħtu servizz ta’ eċċellenza lir-residenti fil-komunitajiet tagħna. Dawn il-laqgħat iservu biex ikun hemm aktar għaqda u sinerġija bejn il-kapijiet tal-amministrazzjoni tar-Reġjun.
– Kwalità ta’ ħajja aħjar fir-Reġjun tan-Nofsinhar –