Accessibility Tools

Tisjira Xlukkajra

June 16, 2023

Wieħed mil-għanijiet ta’ Sena Kulturali tan-Nofsinhar hu li jqajjem kuxjenza fuq dak li nsibu madwarna. Għalekk wara li ftit tal-jiem ilu ġie mfakkar il-Jum Dinji tal-baħar u oċeani xtaqna nieħdu dan l-ispunt biex noħolqu kuxjenza fuq il-ħut u l-ibħra ta’ madwarna. Dan huwa l-kunċett wara l-attivita’ Tisjira Xlukkajra.

Waqt din l-attivita’ ser jingħata għarfien fuq ħut sostenibbli li faċilment jinqgħabad fl-ibħra Maltin u li hu tajjeb ħafna għall-ikel. Dan il-ħut ser insiru nafu aktar dwaru fl-attivita’ Tisjira Xlukkajra. F’din l-attivita’ ser ikollna ukoll l-opportunita’ li nitgħallmu aktar fuq il-ħajja fuq il-baħar, u fuq is-sajd waqt li nisimgħu ukoll rakkonti bi djalett Xlukkajr. Ser ikollna ukoll rakkonti ta Sur Lino Psaila li ser jiġu nterpretati mit-tifel tiegħu stess is-Sur Manuel Psaila.

Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Soċjali Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar niedha l-ewwel rapport li jittratta il- valutazzjoni ta’ l-impatt Soċjali. Dan l-istħarriġ sar fuq assessjar kwalitattiv u kwantitattiv li jittratta...

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...