Accessibility Tools

Trasferiment Temporanju tal-Bini Amministrattiv

April 25, 2022

Nixtiequ ninfurmaw li l-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar u t-Tribunal Lokali tar-Reġjun tan-Nofsinhar bdew joperaw minn indirizz temporanju fi 28 Ċentru Parrokkjali, Triq San Edwardu, Qormi QRM2138, sakemm jerġa’ jinħareġ avviż ieħor. Dan se jkun qed isir sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tħejjijiet qabel jibdew xogħlijiet strutturali u ta’ manutenzjoni li huma meħtieġa fil-bini amministrattiv eżistenti. Għalhekk nitolbukom biex kull korrispondenza postali tibda tintbagħat fuq l-indirizz indikat. In-numri tat-telefown mhux se jkunu qed jinbidlu.

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...

Jum Dinji taċ-Ċikkulata

Din il-ġurnata żgur mhux forsi hi milquha min bosta u ngħiduha kif inhi, min ma jħobbx iċ-ċikkulata?! Is-7 ta’ Lulju huwa l-jum fejn tiġi  ċċelebrata iċ-ċikkulata. Xi uħud jissuġġerixxu li f’din il-ġurnata ġiet introdotta ċ-ċikkulata fl-Ewropa fl-1550. Din...