
Karnival Żejtun- Bil-Briju Nixxalaw … fil-Karnival Nallegraw
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ser jorganizza defile’ minn Vjal il-25 ta’ Novembru sa Triq San Girgor (wara l-Knisja Parrokkjali) fejn fih se jieħdu sehem iż-2 baned taż-Żejtun li huma: Is-Soċjetà Mużikali Beland u s-Soċjetà Santa Katarina V.M. Banda Żejtun. Ser jiġu mistiedna wkoll il-kumpaniji taż-żfin Żwieten u oħrajn. Dan iż-żfin ser isir fil-pjazez ewlenien, fosthom: Misraħ ir-Repubblika u Misraħ Gregorio Bonici. Se jieħdu sehem ukoll xi karrijiet, maskaruni kif ukoll karettuni taż-żwiemel armati.
Data L-Erbgħa, 26 ta’ Frar 2025
Post Iċ-Ċentru taż-Żejtun u l-madwar
Hin Mis-6:00pm ‘il quddiem