• Restawr intensiv fil-Bini Amministrattiv

    Il-Bini Amministrattiv tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofshinar jinsab għaddej minn restawr intensiv, kemm fuq l-estern kif ukoll fuq l-intern, bil-għajnuna ta’ fondi mill-Aġenzija LESA u l-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali. Minbarra xogħol mill-kuntratturi, qed isir ħafna xogħol professjonali mill-ħaddiema tal-manutenzjoni tar-Reġjun immexxija mis-supervisor is-Sur Franco Spiteri.