Accessibility Tools

Insostnu u nagħtu spinta lill-attivitajiet kulturali, mużikali u sportivi fir-Reġjun.

October 23, 2019

Waħda mill-impenji prinċipali u mill-missjonijiet fil-Pjan ta’ Ħidma ta’ Reġjun Nofsinhar hi li jagħti spinta u jgħin biex fil-lokalitajiet tar-Reġjun jiġu sostnuti u jissaħħu l-attivitajiet kulturali. Dawn huma l-attivitajiet li se jiġu  organizzati fil-lokalitajiet tagħna bis-sehem tal-Kunsilli Lokali u bil-għajnuna ta’ Reġjun Nofsinhar fil-jiem li ġejjin. Għaddejjin f’diskussjonijiet biex ngħinu f’attivitajiet oħra sal-aħħar ta’ din is-sena.

 

Kunsill Lokali Ħaż-ŻebbuġAttivitajiet mużikali bis-sehem ta’ banda lokali f’Jum il-Lokalità nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru 2019.
Kunsill Lokali ĦamrunVillaġġ tal-Milied fi Triq il-Ferrovija mis-6 sad-9 ta’ Diċembru 2019.
Kunsill Lokali Ħal KirkopGigantic – Kirkop’s Local Christmas Market fis-7 u t-8 ta’ Diċembru 2019 bis-sehem ta’ kor fit-toroq, baned tal-lokal fost oħrajn. Jinkludi wkoll presepju ħaj, Santa’s fun house u attivitajiet minn żgħażagħ u tfal.
Kunsill Lokali GudjaMilied ta’ Dari li se tkun tinkludi Quddiesa animata, Kunċert mużikali bis-sehem ta’ orkestra u kor, presepju ħaj, Wirja ta’ presepji, Purċissjoni bil-Bambin, u aktar.

 

Kunsill Lokali Ħal SafiFesta Familja fid-29 ta’ Diċembru 2019 bis-sehem tal-Banda San Pawl u se tkun tinkludi attivitajiet għal kulħadd fosthom Fun Bus, crafts, animazzjoni, bouncing castle, karattri tat-tfal u oħrajn.
Kunsill Lokali SiġġiewiPjazza Milied fis-Siġġiewi li se tkun tinkludi attrazzjonijiet bħal statwa ta’ San Nikola u siġra kbira tal-Milied, Christmas Parade u l-wasla ta’ Father Christmas, kompetizzjoni tal-presepji, wirja tal-arti, wirja tal-Milied, spettaklu mużikali, tours b’xejn għal postijiet ta’ interess fil-lokalità.
Kunsill Lokali QrendiVillaġġ tal-Milied fit-22 ta’ Diċembru 2019 bis-sehem tas-Soċjetà Mużikali Santa Marija Qrendi li se tkun tinkludi wirja tal-karozzi, artiġġjanat marbut mal-Milied, marċi allegrużi, spettaklu ta’ kant u żfin bil-qligħ imur għad-Dar tal-Providenza.

 

Attivitajiet tar-Reġjun

Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Soċjali Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar niedha l-ewwel rapport li jittratta il- valutazzjoni ta’ l-impatt Soċjali. Dan l-istħarriġ sar fuq assessjar kwalitattiv u kwantitattiv li jittratta...

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...