Inizjattivi Edukattivi – 2020
Inizjattiva Konġunta mad-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà
Reġjun Nofsinhar issieħeb mad-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-ħajja u Impjegabbiltà f’inizjattiva biex noffru lir-residenti opportunità ta’ tagħlim fil-lokalità tagħhom. Il-Kunsilli Lokali huma mistennija jsegwu l-linji gwida maħruġa mill-istess Direttorat.
Dawk il-Kunsilli Lokali li jagħmlu korsijiet mil-lista offruta se jkunu qed jibbenefikaw minn skemi maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. Apparti dawn, Reġjun Nofsinhar se jkun qed jirrimborsa lura €1000 mill-ispejjeż li l-Kunsill Lokali jkun ħareġ biex jittellgħu il-korsijiet bħal ħlas ta’ impjegati relatat ma’ dawn il-korsijiet jew xiri ta’ apparat.
Biex Il-Kunsill Lokali jibbenefika minn din l-inizjattiva jrid jissodisfa dawn il-kriterji:
- Jittella’ avviż fuq il-paġna uffiċjali tal-Facebook tal-Kunsill Lokali biex jirriklama l-kors u jkun hemm miktub li l-kors qed isir bil-għajnuna ta’ Reġjun Nofsinhar.
- Fir-reklam, jew avviż ikun hemm l-istemma tar-Reġjun maġenb dik tal-Kunsill Lokali.
Il-Kunsilli Lokali għandhom japplikaw billi jibgħatu l-applikazzjoni fuq skemi.dlg@gov.mt. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lis-Sa Rosemarie Debattista fuq rosemarie.debattista@ilearn.edu.mt.
Dawk il-Kunsilli Lokali li jridu jibbenefikaw mill-iskema tar-Reġjun għandhom jibgħatu kopja tal-konferma li l-korsijiet ikunu se jibdew fil-lokalità. Il-ħlas isir meta jispiċċaw il-korsijiet fuq preżentazzjoni tal-irċevuti ġaladarba jkunu ġew issodisfati l-kriterji kollha.
Kwalità ta’ ħajja aħjar fir-reġjun tan-nofsinhar |