Il-Banda San Gejtanu ħejjiet diversi attivitajiet marbutin mal-500 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Ordni tat-Teatini.
L-attivitajiet jibdew mill-Ħamis 11 ta’ April fis-7.30 p.m, fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu fejn se tittella’ Akkademja Mużikali sabiex jitfakkar dan l-anniversarju mill-isbaħ.
Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Jonathan Borg u ssir fil-preżenza tal-Vigarju Ġenerali tal-Ordni tat-Teatini Marcelo Raul Zubia.
Id-dħul hu b’xejn !
Is-Sibt 13 ta’ April fis-6.30 p.m, il-Banda San Gejtanu ser terġa tkun qed iddoqq waqt quddiesa fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu. Din il-quddiesa qed issir biex jitfakkar Jum il-Kanonizzazzjoni tal-Patrun tagħna San Gejtanu.
Inħeġġu lil kullħadd sabiex jattendi