Accessibility Tools

Karnival Ħal Għaxaq.

Isem l-attivita: Karnival Spontanju tat-Tfal ġewwa Ħal Għaxaq

Data: Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2025

Post: Misraħ Santu Rokku u parata madwar it-Toroq ta’ Ħal Għaxaq 

Hin:  mid-9:00am san-12:30pm

Deskrizzjoni tal -attivita: Karnival Spontanju għat-Tfal bis-sehem tal-istudenti tal-iSkola Primarja ta’ Ħal Għaxaq kif ukoll xi skejjel oħra. L-attivita’ tibda fuq Santu Rokku fejn titlaq il-parata tat-tfal  bis-sehem taż-żewġ baned tal-lokal li ddur madwar it-toroq sal-Pjazza u wara it-tfal kollha jitlgħu lura Misrah Santu Rokku fejn se jkun hemm programm ta’ attivitajiet u spettaklu ta’ divertiment biex flimkien niċċelebraw il-ftuħ tal-Karnival uniku u Spontanju Għaxqi. 

 

Isem l-attivita: Lejla ta’ divertiment – Karnival Għaxqi 

Data: Il-Ħadd 2 ta’ Marzu 2025

Post: Pjazza Santa Marija 

Hin:  mis-7:30pm sal-11:00pm

Deskrizzjoni tal -attivita: Attivita’ fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq bis-sehem ta’ diversi kumpanijiet ta’ żfin li se jkunu qed jiftħu s-serata. Il-Programm ikompli b’lejla ta’ divertiment minn JoMike u Lydon li se jkunu qed jallegraw lill-pubbliku preżenti li se jkun qed jipparteċipa b’diversi kostumi oriġinali u spontanji. Wara jingħataw il-Premjijiet lill-parteċipanti. 

 

Isem l-attivita: Karnival Tradizzjonali Għaxqi 

Data: It-Tnejn 3 ta’ Marzu 2025

Post: Pjazza Santa Marija 

Hin:  mis-7:30pm sa 12:00am

Deskrizzjoni tal -attivita: Sfilata Spontanja u Tradizzjonali fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq bis-sehem ta’ diversi Maskarati, Kostumi u Karrijiet li se jkunu qed jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet b’diversi kategoriji. Jakkumpanja s-serata se jkun hemm mużika ta’ divertiment u wara jingħataw il-Premjijiet lir-rebbieħa tal-kategoriji. 

 

Isem l-attivita: Karnival Tradizzjonali Għaxqi 

Data: It-Tlieta 4 ta’ Marzu 2025

Post: Pjazza Santa Marija 

Hin:  mis-7:30pm sal-11:30pm

Deskrizzjoni tal -attivita: Sfilata Spontanja u Tradizzjonali fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq bis-sehem ta’ diversi Maskarati, Kostumi u Karrijiet li se jkunu qed jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet b’diversi kategoriji. Jakkumpanjaw s-serata il-banda Guggen Musik li se tkun qed tallegra l-pubbliku. Jingħataw ukoll il-Premjijiet lir-rebbieħa tal-kategoriji.

Date

28 Feb 2025 - 04 Mar 2025
Expired!

Submit a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *