Accessibility Tools

Inizjattivi Ambjentali 2020

July 22, 2020

Inizjattivi Ambjentali 2020

 

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar bi pjaċir qed iniedi skema ta’ għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali fi ħdanu għal inizjattivi ambjentali f’dawn iż-żewġ inizjattivi:

 

  1. Proġetti ambjentali bil-għajnuna tad-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar li ma jikkwalifikawx għall-100% tal-fondi. L-għajnuna finanzjarja tar-Reġjun tista’ tiffinanzja dik l-ispiża jew parti minnha li ma tkunx koperta minn dawn il-fondi.

 

  1. Ħlas ta’ studju u xogħlijiet ambjentali oħra relatati mal-Inizjattiva Slow Streets. Ix-xogħlijiet ambjentali jridu jsiru f’dawk iż-żoni li se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u magħluqin għat-traffiku f’ċertu ħinijiet u ġranet.

 

Ir-Reġjun qed jalloka sa massimu ta’ ħamest elef ewro (€5,000) lil kull Kunsill Lokali li jistgħu jintużaw fuq waħda jew jitqassmu bejn iż-żewġ inizjattivi. F’kull każ iridu jiġu pprovduti l-approvazzjoni tal-proġett sottomess mill-Kunsill Lokali mill-entitajiet responsabbli. Fil-każ tad-Development Planning Fund, flimkien mal-approvazzjoni jrid jiġi pprovdut ukoll dettall tal-ispiża totali u kemm se tkun ir-rifużjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar.

 

Kriterji li jridu jinżammu:

  1. Il-Kunsill Lokali għandu jtella’ ritratti fuq il-Facebook page uffiċjali tiegħu u fil-kummenti jitniżżel li dan il-proġett qed isir bil-għajnuna wkoll ta’ fondi mill-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar.

 

  1. Ir-rifużjoni tingħata wara li jsiru x-xogħlijiet fuq preżentazzjoni tal-irċevuti u wara li tkun ġiet issodisfata kriterja 1.

 

Il-proposti flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proġett għandhom jintbagħtu bil-miktub lir-Reġjun u jitressqu għall-approvazzjoni quddiem il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar. Dawn se jkunu qed jintlaqgħu sas-17 ta’ Settembru 2020. Il-Kunsilli Lokali li jonqsu li jibagħtu l-proposti tagħhom sad-data stipulata mhux se jkollhom dawn il-fondi allokati.

 

 

Proġetti li jistgħu jsiru permezz tad-Development Planning Fund:

  • New Parking Facilities (up to 70%:GBI up to 90%)
  • Facilities intended to improve public transport (up to 70%: GBI up to 90%)
  • Alternatives for more sustainable travelling modes (up to 70%)
  • Gardens and landscaping areas (up to 70%: GBI up to 100%)
  • Playing fields (up to 70%: GBI up to 90%)
  • Traffic Management schemes including the implementation of sustainable urban transport plans aimed at reducing the impact on air pollution, noise, congestion and CO2 emissions (up to 70%)
  • Street lighting (up to 70%)
  • Street furniture / permeable pavements (up to 70%)
  • Public Convenience (up to 70%)
  • Facilities for the Disabled (up to 80%)
  • Green Transport modes (up to 70%)
  • Projects using methods of sustainable construction such as energy efficient buildings, which aim at decreasing CO2 emissions (up to 70%)
  • Restoration of cultural heritage immovable property in the public domain (up to 70%: GBI up to 90%)
  • Green Streets and Alleys (up to 70%: GBI up to 90%)

 

Il-persentaġġ immarkat bl-aħmar hu l-fond li se jkun qed jitħallas mill-Awtorità tal-Ippjanar. GBI tfisser Green Blue Initatives kif inhu stipulat f’sezzjoni 4.0 taċ-Ċirkulari 2/20.

 

Inizjattivi Ambjentali 2020

Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Soċjali Nhar il-Ħamis 29 ta’ Frar 2024 il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar niedha l-ewwel rapport li jittratta il- valutazzjoni ta’ l-impatt Soċjali. Dan l-istħarriġ sar fuq assessjar kwalitattiv u kwantitattiv li jittratta...

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

Sejħa Għall-Applikazzjoni / Call For Application

UFFIĊĊJAL MANIĠERJALI RESPONSABBLI MILL-WASTE MANAGEMENT / WASTE COORDINATOR MANAGER Jekk jogħġbok Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tiċċekkja r-Rekwiżiti tax-Xogħol bil-Malti. Malti Għal aktar dettalji dwar id-dmirijiet u rekwiżiti tal-eliġibiltà marbuta ma din...